L-għazla tal-MALTI

L-iskop ewlieni tal-korsijiet fi ħdan id-Dipartiment tal-Malti huwa li l-istudenti jakkwistaw dawk il-ħiliet meħtieġa biex jagħrfu jużaw il- lingwa materna b’mod effettiv u korrett partikolarment illum li qed ngħixu f’kuntest ta’ lingwa nazzjonali f’soċjetà bilingwi. Għaldaqstant il-korsijiet kollha jaħsbu biex iħarrġu lill-istudenti f’ħames taqsimiet ewlenin tal-lingwa:

a)  L-oral: ħiliet kif wieħed jesprimi ruħu sew bil-Malti f’kuntest ta’ diskussjoni.

b)  Taħrig fl-ortografija u l-grammatika bl-iskop li l-istudent ikun kapaċi jikteb Malti korrett bla żbalji skont ir-regoli uffiċjali tal-ortografija Maltija.

ċ) Studju tal-istruttura, storja u n-natura tal-lingwa Maltija.

d)  Apprezzament tal-letteratura u analiżi kritika tagħha.

e)  Taħriġ fil-kitba kreattiva, fit-taqsira u fit-traduzzjoni.

Fil-każ tal-kors ta’ reviżjoni tingħata attenzjoni speċjali lill-ortografija.

Korsijiet Offruti

Tista tistudja l-Malti f’ :

Kors Kwalifiki meħtiega Tul tal-Kors Lezzjonijiet Prattika/Tutorial
Livell Avvanzat

Minimu ta’ grad 5 fil-livell ĊES

Sentejn 5 lezzjonijiet fil-ġimgħa Tutorial fil-ġimgħa
Livell  Intermedju

Minimu ta’ grad 5 fil-livell ĊES

Sentejn 3 lezzjonijiet fil-ġimgħa M/A
ĊES Kors ta’ Revizjoni

Preferibbilment il-kors tas- Sekondarja

Sena 4/5 lezzjonijiet fil-ġimgħa M/A

Studji Avvanzati /Opportunitajiet fil-Karriera

  • Università ta’ Malta
  • Karriera fil-qasam tal-ġurnaliżmu, interpreti u qarrejja tal-provi