L-għazla tal-MALTI
L-iskop ewlieni tal-korsijiet fi ħdan id-Dipartiment tal-Malti huwa li l-istudenti jakkwistaw dawk il-ħiliet meħtieġa biex jagħrfu jużaw il-lingwa materna b’mod effettiv u korrett partikolarment illum li qedngħixu f’kuntest ta’ lingwa nazzjonali f’soċjetà bilingwi. Għaldaqstant il-korsijiet kollha jaħsbu biex iħarrġu lill-istudenti f’ħames taqsimietewlenin tal-lingwa:
- L-oral: ħiliet kif wieħed jesprimi ruħu sew bil-Malti f’kuntest ta’ diskussjoni.
- Taħrig fl-ortografija u l-grammatika bl-iskop li l-istudent ikun kapaċi jikteb Malti korrett bla żbalji skont ir-regoli uffiċjali tal-ortografija Maltija.
- Studju tal-istruttura, storja u n-natura tal-lingwa Maltija.
- Apprezzament tal-letteratura u analiżi kritika tagħha.
- Taħriġ fil-kitba kreattiva, fit-taqsira u fit-traduzzjoni.
Fil-każ tal-kors ta’ reviżjoni (ĊES) tingħata attenzjoni speċjali lill- ortografija.
Studji Avvanzati /Opportunitajiet fil-Karriera
- Università ta’ Malta
- Karriera fil-qasam tal-ġurnaliżmu, interpreti u qarrejja tal-provi
- Karriera fil-qasam tal-edukazzjoni u l-liġi
Kotba għall-Qari
Livell Avvanzat
- Mal-Fanal Hemm Ħarstek Tixgħel ta’ Oliver Friggieri ; ISBN 978999 0911701
- Xi Drabi Mqar Persuna ta’ Simon Galea ; ISBN 9789993277262
- Karnival ta’ Francis Ebejer; ISBN 978-99932-7-725-5
- Ħelsien ta’ Ġużè Bonnici; ISBN 9789993217626
- Xemgħat ta’ Trevor Zahra; ISBN 9789990916874
Livell Intermedju
- Ħelsien ta’ Ġużè Bonnici; ISBN 9789993217626
- Xi Drabi Mqar Persuna ta’ Simon Galea; ISBN 9789993277262
Livell ĊES
- Antoloġija Bejn Ħaltejn; ISBN 978-99909-44-46-4
Tista’ tistudja l-Malti f’
Kors | Kwalifiki meħtiega | Tul tal-Kors | Lezzjonijiet | Prattika/Tutorial |
Livell Avvanzat |
Minimu ta’ grad 5 fil-livell ĊES (MQF Livell 3) |
Sentejn | 5 lezzjonijiet fil-ġimgħa | Tutorial fil-ġimgħa |
Livell Intermedju |
Preferibbilment Minimu ta’ grad 5 fil-livell ĊES (MQF Livell 3 ) |
Sentejn | 3 lezzjonijiet fil-ġimgħa | M/A |
ĊES |
Preferibbilment il-kors tas-Sekondarja |
Sena | 4 lezzjonijiet fil-ġimgħa | M/A |
Maltese for Foreigners |
No previous knowledge is required |
1 year | 3/4 lessons per week | N/A |