Grupp ta’ studenti tal-Malti Avvanzat ta’ l-ewwel sena żaru l-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus ta’ l-Universita. Huma attendew ghat-taħdita li saret fuq il-kliem missellef mill-Ingliż fil-Malti (Deċiżjonijiet 2).

Saret ukoll żjara lit-Taqsima tal-Melitensia fil-Biblijoteka tal-Università, fejn l-istudenti kellhom l-opportunità li jidħlu u jaraw manuskritti rari tal-Poeta Nazzjonali Dun Karm Psaila kif ukoll ta’ Rużar Briffa, Ninu Cremona, Ġużè Aquilina, il-Lexicon ta’ Mikiel Anton Vassalli u d-Damma ta’ Agius de Soldanis.

L-attendenza kienet tajba ħafna u dan ikkonfermawh l-istudenti nfushom tal-Għaqda tal-Malti – Università li flimkien mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb organizzaw il-Festival.